Meta ssemmi lil Shakespeare, 魔afna jqarrsu wicchom. Jg魔idulek uff, xi dwejjaq! Tqil.. Mhux interessanti... u 魔afna kummenti simili. Nasso膵jawh ma' lezzjonijiet twal u tag魔lim bl-amment. Imma g魔al xi raguni, 450 sena wara li twieled (g魔ax dis-sena kien jag魔laq 450 sena kieku g魔adu 魔aj) g魔adna naraw ix-xog魔lijiet tieg魔u isiru films, u espressjonijiet minn tieg魔u jintu偶aw fil-lingwa摹摹 ordinarju u kuljum tal-ingli偶i. Mhiex 魔a摹a tal-iskantament, meta tikkunsidra li biss biss kiteb 37 play dwar ir-rejiet tal-Ingilterra, dwar ir-Rumani, dwar l-im魔abba, kemm tra摹ika kif ukoll komika... insomma fuq id-diversi aspetti tal-魔ajja u l-istorja tal-bniedem.
U dan minbarra il 154 sonnet, u xi poe偶iji o魔ra twal. Il programm 'Tog魔ma ta' Shakespeare' mhux se jid魔ol fil-fond dwar xi xog魔ol wie魔ed tieg魔u, u 偶gur li mhux intenzjonat li jkun xi programm akkademiku tqil immirat lejn u bejn l-istudju偶i. Il-programm irid jag魔ti tog魔ma ta' dan il-wisg魔a ta' xog魔lijiet, tog魔ma li twebbel u li tintg魔ogob kemm jekk tie魔u tnaqqira, kif ukoll jekk tiekol ikla iklun. It-tog魔ma tibqa' l-istess. Nistennewkom.
Produzzjoni u pre偶entazzjoni ta' Martin Bugelli.