½ñÈպÚÁÏ

Menu

Kliemna: The ending is just the beginning

Event: Kliemna: The ending is just the beginning

Date: Wednesday 18 November 2026

Time: 19:00-21:00

Venue: Aula Magna, University of Malta, Valletta

MT

Id-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta se jniedi riżorsa għat-tagħlim tal-lingwa Maltija bbażat fuq il-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi, magħruf aħjar bħala s-CEFR.

Kliemna A1 huwa l-ewwel ktieb f’sensiela ġdida maħluqa għal dawk li qed jitgħallmu u jgħallmu l-Malti bħala lsien barrani. Hu ddisinjat għal studenti fil-livell A1 u jiġbor il-vokabularju ewlieni li jeħtieġu dawk li qed jagħmlu l-ewwel passi biex jitgħallmu l-Malti.

Il-ktieb se jitnieda nhar it-18 ta’ Novembru 2026 fl-Aula Magna tal-Università tal-Belt. Matul is-serata, id-Dipartiment se jiċċelebra wkoll 20 sena u fuqhom ta’ tagħlim tal-Malti bħala lsien barrani fl-Università.

Id-Dipartiment tal-Malti ilu mill-2005 jilqa’ nies minn madwar id-dinja, fosthom studenti, professjonisti, residenti ġodda f’Malta, persuni li jżuru Malta ta’ spiss, u persuni li xtaqu jerġgħu jingħaqdu mal-għeruq Maltin tagħhom. Waqt l-attività, ingħata rikonoxximent lill-istudenti li kisbu l-ogħla livell fil-programm ta’ korsijiet offruti mid-Dipartiment fil-qasam tal-Malti bħala lsien barrani.

Kliemna A1 jorganizza l-vokabularju f’20 taqsima tematika, bi kliem mislut mill-ħajja ta’ kuljum, ngħidu aħna kliem marbut mal-familja, l-ikel u x-xorb, l-annimali, il-ħwejjeġ, il-ġisem, iż-żmien u l-ħin. Għal kull kelma tingħata deskrizzjoni grammatikali, traskrizzjoni fonetika, l-ekwivalenti bl-Ingliż u eżempju qasir li juri kif tintuża b’mod naturali fil-Malti.

Is-sit , li huwa abbinat mal-ktieb, jagħti l-opportunità lil min jużah li jisma’ l-kliem u l-eżempji biex jgħinuh jitkellem tajjeb bil-Malti.

Is-sensiela sħiħa ta’ Kliemna qed tiġi żviluppata għal min qiegħed f’livelli differenti tas-CEFR. L-għan hu li minflok tippreżenta lista ta’ kliem b’mod iżolat, tintroduċi l-vokabularju fl-oqsma u l-kuntesti fejn jintuża filwaqt li jservi wkoll ta’ riżorsa prattika għal min jgħallem il-Malti bħala lsien barrani. Din is-sensiela tirrifletti wkoll l-idea li l-lingwa twasslek tifhem aħjar il-kultura u l-ħajja ta’ kuljum fil-gżejjer Maltin.

Kliemna huwa parti mill-proġett ta’ riċerka Fuq l-Għatba tal-Malti, immexxi mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università bis-sehem tar-riċerkaturi Ayrton-Didier Brincat, Deborah Muscat u Fransianne Pace.

Dan il-ktieb, ippubblikat minn Midsea Books Ltd (Klabb Kotba Maltin), bl-appoġġ ta’ APS Bank, huwa editjat mill-Prof. Michael Spagnol u s-Sur Dwayne Ellul filwaqt li Naomi Gatt ħadet ħsieb id-disinn u l-illustrazzjonijiet.

RSVP b'email.

---

ENG

The Department of Maltese at the University of Malta is launching a new resource for learning Maltese based on the Common European Framework of Reference for Languages (CEFR).

Kliemna A1 is the first book in a new series designed for learners and teachers of Maltese as a foreign language. Aimed at learners at A1 level, it brings together the core vocabulary needed by those taking their first steps in Maltese.

The book will be launched on 18 November 2026 at the University of Malta’s Aula Magna in Valletta. The evening will also celebrate more than 20 years of teaching Maltese as a foreign language at the University.

Since 2005, the Department of Maltese has welcomed learners from around the world, including students, professionals, new residents of Malta, frequent visitors, and people seeking to reconnect with their Maltese roots. During the event, recognition was also given to students who had reached the highest level of the Department’s Maltese as a Foreign Language programme.

Kliemna A1 organises vocabulary into 20 thematic sections covering areas of everyday life such as family, food and drink, animals, clothing, the body and time. Each entry includes grammatical information, a phonetic transcription, an English equivalent and a short example illustrating how the word is used naturally in Maltese.

The book is accompanied by the website , where users can listen to recordings of the words and examples, helping them develop their pronunciation and spoken Maltese.

The wider Kliemna series is being developed for learners across different CEFR levels. Rather than presenting vocabulary as isolated lists of words, the series introduces it through the themes and contexts in which it is used. It is also intended as a practical resource for teachers of Maltese as a foreign language. In doing so, Kliemna reflects the idea that learning a language also opens a window onto the culture and everyday life of the Maltese Islands.

Kliemna forms part of the research project Fuq l-Għatba tal-Malti, led by the Department of Maltese at the University of Malta, with researchers Ayrton-Didier Brincat, Deborah Muscat and Fransianne Pace.

Published by Midsea Books Ltd (Klabb Kotba Maltin) with the support of APS Bank, Kliemna A1 is edited by Prof. Michael Spagnol and Mr Dwayne Ellul, with design and illustrations by Naomi Gatt.

RSVP by email.


Categories