OAR@½ñÈպÚÁÏ Community: /library/oar/handle/123456789/149472 Sun, 08 Nov 2026 00:31:47 GMT 2026-11-08T00:31:47Z San Publju fil-memorja kollettiva tal-Maltin /library/oar/handle/123456789/145821 Title: San Publju fil-memorja kollettiva tal-Maltin Abstract: Il-martirju jokkupa post ċentrali u fl-istess ħin misterjuż fit-tradizzjoni Biblika u Nisranija. Il-kelma Griega martys, li tfisser “xhud,” ma tirreferix sempliċiment għall-mewt minħabba t-twemmin, iżda wkoll għax-xhieda tal-verit permezz ta’ fedelt lejn Alla sal-aħħar. F’dan is-sens, il kunċett ta’ martirju żviluppa bħala l-ogħla att ta’ xhieda f’rabta mat-tbatija iżda wkoll mat-tama tal-qawmien mill-imwiet. Thu, 01 Jan 2026 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/145821 2026-01-01T00:00:00Z Inċident u disinn tal-kumpless tal-kappuċċini fil-Floriana /library/oar/handle/123456789/139996 Title: Inċident u disinn tal-kumpless tal-kappuċċini fil-Floriana Abstract: Sal-proklama ta’ l-10 April 1828, il-Knisja f’Malta kienet tamministra il-ġustizzja permezz ta’ qrati ċivili u kriminali fil-każijiet kollha li b’xi mod kienu jmissu kjeriku, propjeta jew dritt ekkleżjastiku. Permezz ta’ din id-deċiżżjoni, il-Gvern Ingliż, wara li ittratta mas-Santa Sede, illimita il-ġurisdizzjoni ekkleżjastika biss għall-forum spiritwali. Sa dak il-mument għalhekk, f’kemm l-arkivju tal-Kurja ta’ l-Arċisqof u kemm dak tal-Katidral, wieħed isib kwantita konsiderevoli ta’ dokumentazzjoni li iittrata proċessi li dehru fil-qrati ekkleżjastiċi. Sa żmien pjuttost riċenti, il-knisja kienet tgawdi minn numru ta’ immunitajiet, jiġifieri eżenzzjonijiet, li ma kienux jippermettu il-ġustizzja sekulari tipproċedi kontra persuna u entitajiet ekkleżjastiċi. Mon, 01 Jan 2024 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/139996 2024-01-01T00:00:00Z Il-ħajja ta' San Publiju fil-kitba ta' Paolo Pullicino /library/oar/handle/123456789/135362 Title: Il-ħajja ta' San Publiju fil-kitba ta' Paolo Pullicino Abstract: Huma bosta l-pubblikazzjoni dwar San Publiju miktubin minn awturi Maltin matul is-seklu 19. Dawn il-pubblikazzjonijiet li ma tantx huma magħrufa, kienu qed isegwu dak li kitbu ta' qabilhom fir-rigward ta' dan il-qaddis. Jidher, li l-ewwel attentat sabiex tinkiteb il-ħajja ta' San Publiju jmur lura għall-kitba tal-Patri Ġiżwita Malti, Girolomo Manduca (1573-1643), li l-kitba tiegħu dwar San Publiju qatt ma ġiet ippubblikata. Qabel din il-kitba tas-seklu 17, insibu wkoll numru ta' referenzi għal San Publiju, speċjalment fil-Martirjoloġji, li permezz tagħhom, il-Knisja tiċċelebra t-tifkira tal-qaddisin matul is-sena liturġika. Wed, 01 Jan 2025 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/135362 2025-01-01T00:00:00Z Il-monografia kritika dwar San Publiju miktuba minn Annetto A. Caruana /library/oar/handle/123456789/135360 Title: Il-monografia kritika dwar San Publiju miktuba minn Annetto A. Caruana Abstract: Huma bosta l-kitbiet u l-prietki dwar San Publiju li ġew ippubblikati jew li baqgħu fil-forma manuskritta. Wara r-referenzi għal dan il-personaġġ qaddis f’numru ta’ martiroloġji, jidher li l-ewwel ‘ħajja’ tal-qaddis ġiet miktuba mill-Ġiżwita Malti, Girolamo Manduca (1573-1643), anke jekk l-informazzjoni li jagħti trid tiġi mgħarbla mill-kriterji tal-istorja. Manduca kien segwit minn awturi oħrajn tas-seklu 18, fosthom Patri Pelaġju Mifsud Gauci Piscopo (1708-1781), li bnew fuq dak li kiteb hu, filwaqt li żiedu aktar materjal. Fis-seklu 19 inkomplu nsibu aktar letteratura fuq dan is-suġġett. Fost dawn hemm il-pubblikazzjoni ta’ Annetto A. Caruana li ser tkun is-suġġett ta’ dan l-istudju, mingħajr ma nidħlu fil-mertu tal-istoriċit tal-kontenut ta’ din il-pubblikazzjoni dwar il-qaddis martri, meqjum b’tant devozzjoni fil-Parroċċa ddedikata lilu fis-Subborg tal-Furjana. Wed, 01 Jan 2025 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/135360 2025-01-01T00:00:00Z