OAR@½ñÈÕºÚÁÏ Community:
/library/oar/handle/123456789/10951
2026-07-31T06:26:33ZMin kien jistampa l-programmi tal-festa? Ftit informazzjoni fuq l-istampar u xi stamperiji Maltin fis-seklu 20
/library/oar/handle/123456789/147712
Title: Min kien jistampa l-programmi tal-festa? Ftit informazzjoni fuq l-istampar u xi stamperiji Maltin fis-seklu 20
Abstract: Jekk inti familjari mal-Programmi tal-Festa jew inkella xi fuljett lokali, żgur li ltqajt mal-isem tal-istamperija li stampatu. Ħafna mid-drabi dan
l-isem kien jinsab propjament fl-aħħar paġna tal-fuljett jew inkella saħansitra kienu jinkludu wkoll reklam tagħhom fil-fuljett stess. Maż-żmien tibda wkoll tabbina stampaturi ma' lokalitajiet jew festi partikolari. Apparti l-materjal kulturali li fihom il-kotba tal-festa, l-istampatur jagħti ħjiel għall-industrija mifruxa mal-gżejjer Maltin. F'dan l-artiklu nagħti ħarsa ħafifa lejn l-istorja tal-istampar u xi stampaturi Maltin fis-seklu għoxrin, speċjalment dawk li kellhom x'jaqsmu mal-istampar tal-Programmi tal-Festa.2026-01-01T00:00:00ZIl-biblijoteka nazzjonali tal-Belt Valletta
/library/oar/handle/123456789/142616
Title: Il-biblijoteka nazzjonali tal-Belt Valletta
Abstract: F'dan l-artiklu l-awtur jagħti storja dettaljata fuq il-biblijoteka nazzjonali ta' Malta kif ukoll il-bosta nies li użaw is-servizzi tagħha matul is-snin.2012-01-22T00:00:00ZKollezzjoni ta' kotba
/library/oar/handle/123456789/141696
Title: Kollezzjoni ta' kotba
Abstract: Il-Mużew tal-Birgu fih kollezzjoni varjata ta’ kotba antiki u rari, li ħafna minnhom kienu ta' personalitajiet Maltin importanti. Fosthom hemm kotba tal-grammatika tas-seklu tmintax, kotba reliġjużi, manuskritti fuq il-parċmina, u xogħlijiet li kienu proprjet ta’ Dun Mikiel Xerri u Don Gaetano Mannarino. Il-kollezzjoni tinkludi wkoll edizzjonijiet antiki, kotba mogħtija minn Gran Mastri, u pubblikazzjonijiet dwar il-ġeografija u r-riti lokali.
Description: From the private collection of Mr. Salvino Camilleri.2000-08-06T00:00:00ZMill-Arkivji : Programme 104 : Mario Gauci
/library/oar/handle/123456789/137772
Title: Mill-Arkivji : Programme 104 : Mario Gauci
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tad-29 ta’ Ä unju 2025 se nitkellmu mas-Sur Mario Gauci, id-Direttur u l-Arkivista tal-Arkivju tal-Katidral fl-Imdina. Hu se jkellimna fuq l-Arkivju tal-Inkwiżizzjoni li jinsab fl-istess Arkivju tal-Katidral fl-Imdiba. RiÄ‹entament, Mario ta taħdita interessanti bl-isem ta’ L-Arkivju tal-Inkwiżizzjoni ta’ Malta fin-nisÄ¡a storika tal-Mediterran (1561-1798).
Is-Sur Gauci għandu baċellarat fl-Arkivistika, Libreriji u Studji tal-Informazzjoni, u Masters fl-Istudji tal-Barokk. Ippubblika diversi studji akkademici, awtur ta’ ktieb fuq l-Arkivju tal-Katidral, u editur ta’ tliet pubblikazzjonijiet.
Mario ħa jgħidilna kif seħħ il-bidu tal-Inkwiżizzjoni Rumana f’Malta kif ukoll jagħti xi eżempji mill-istess arkivju. Kemm insibu dokumenti u kemm il-serje ta’ klassifikazzjoni fih?
Mario jsemmi x’kienu l-aktar każijiet li dehru quddiem it-Tribunal tal-Inkwiżitur. Id-dagħa kien l-aktar komuni. Fl-Arkivju tal-Inkwiżizzjoni nsibu d-dagħa miktub bil-Malti li jagħmlu wieħed interessanti għall-istudjużi tal-ilsien Malti. Is-seher, il-maÄ¡ija, is-sawm u l-astinenza mhux biss biż-żmien ir-Randan u l-Ä imgħa Mqaddsa, iżda wkoll fi Ä¡ranet oħra matul is-sena kienu wkoll fost l-aktar każijiet ‘kriminali’ li kienu jidhru quddiem l-Inkwiżitur. Magħhom il-kotba projbiti f’dak li kien hemm pubblikat fl-IndiÄ‹i. Dawn huma biss ftit minn każijiet oħra li jagħmlu dan l-Arkivju mfittex fost l-iskulari Maltin u internazzjonali.
Barra d-dokumenti hekk imsejħa ‘Proċessi Kriminali’, l-Arkivju tal-Inkwiżizzjoni jħaddan l-Atti Ċivili, il-Korrispondenza u l-Memorji. X’inhuma dawn? Insibu f’wieħed mill-Memorji li Malta kienet meqjusa bħala l-aktar pajjiż skandaluż. Għala? Jingħad ukoll li fis-seklu 18 kien hawn aktar minn 4000 separazzjoni. Kif kienet il-ħajja tal-Maltin u x’kundanna kienu qed jieħdu dawk li kienu qed jidhru quddiem l-Inkwiżitur?
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM2025-06-29T00:00:00Z