OAR@½ñÈÕºÚÁÏ Collection: /library/oar/handle/123456789/48362 2026-08-10T08:17:20Z 2026-08-10T08:17:20Z Is-sehem tal-psikoloÄ¡ija fit-tfassil tal-policies Darmanin, Alfred /library/oar/handle/123456789/48523 2019-11-10T06:10:20Z 1995-01-01T00:00:00Z Title: Is-sehem tal-psikoloÄ¡ija fit-tfassil tal-policies Authors: Darmanin, Alfred Abstract: Il-Kamp tiegħi huwa l-psikoloÄ¡ija, u se nitkellem b'mod skematiku kif il-psikoloÄ¡ija tista' taffettwa l-politika tal-pajjiż għall-Ä¡ejjieni, u se nieħu tliet oqsma. L-ewwel qasam huwa l-edukazzjoni. Jidhirli li importanti li għal Ä¡ejjieni ssir bidla radikali fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni b'mod speÄ‹jali f' dak li huwa school psychological services. Jidhirli għandha ssir sistema aktar effettiva ta' kif isir dan is-servizz li huwa utili, ta' educational psychologists, ta' counsellors, u guidance teachers. Naħseb li hemm bżonn ta' ristrutturazzjoni għal aktar effettivit li jiÄ¡u impjegati wkoll, barra educational psychologists, clinical psychologists, għax nafu li t-tfal, il-problemi li jkollhom m'humiex biss ta' natura marbuta ma' l-iskola imma mal-ħajja, mal-familja. Naħseb kien pass tajjeb b'dik li bdiet il-PSE - personal and social education, imma din ukoll naħseb għad hemm ħafna fejn titjieb. Description: This document includes the closing address by Dr. Alfred Sant, and the book’s synopsis on the back cover. 1995-01-01T00:00:00Z ĦtieÄ¡a ta' pjan strateÄ¡iku għall-Universit Mallia, Edward A. /library/oar/handle/123456789/48515 2019-11-10T06:09:20Z 1995-01-01T00:00:00Z Title: ĦtieÄ¡a ta' pjan strateÄ¡iku għall-Universit Authors: Mallia, Edward A. Abstract: lli ftit anqas minn ħames snin fid-dipartiment tal-Fiżika tal-Fakult tax-Xjenza; ftit anqas minn hekk fis-Senat, u ftit xhur fil-Kunsill. Nixtieq għalhekk insemmi xi problemi li laqtuni, l-iżjed biex jibda jinħoloq forum ta' diskussjoni bejn l-Universit u d-dinja politika-soÄ‹jali ta' madwarna. Fil-Kunsill, li bażikament jiggverna l-Universit, hemm maġġoranza ta' nies appuntati mill-Prim Ministru u minn ministri oħra (u issa anki fil-Fakult tat-TeoloÄ¡ija bil-ftehim Gvern-Vatikan). Dawn ikunu Ä¡eneralment nies minn barra l-Universit. Inħoss li wasal iż-żmien li din il-bixra tal-Kunsill tinbidel. Nies minn barra l-Universit għandu jkun hemm, kemm biex il-Gvern ikollu ħjiel kif sejra l-Universit kif ukoll biex dawn in-nies iwasslu fost il-poplu - li jħallas għall-Universit - stampa Ä‹ara ta' kif taħdem. Madankollu, il-ħtieÄ¡a kbira li nara li għandu l-Kunsill hu li x-xogħol tiegħu jkun magħruf minn iżjed nies fl-Universit stess, u li f'dan ix-xogħol ikollu element ta' oppożizzjoni kostruttiva, ħaÄ¡a li n-nies ta' barra l-Universit ma jkollhomx żmien għaliha. Mingħajrha, tendenzi ta' nuqqas ta' trasparenza, ta' daqq ta' qanpiena waħda, ta' poteri fi ftit idejn ikunu diffiÄ‹li li trażżanhom. 1995-01-01T00:00:00Z L-ethos Malti mhedded Sammut, Frans /library/oar/handle/123456789/48497 2019-11-10T06:10:18Z 1995-01-01T00:00:00Z Title: L-ethos Malti mhedded Authors: Sammut, Frans Abstract: Kull meta joqrob biex jintemm seklu, u l-aktar meta jkun se jintemm millennju, ikun hemm paniku sħiħ fost is-superstizzjużi. Mat-tgerbib tas-snin u fuq kollox b'riħet il-progress kbir fl-oqsma tax-xjenza, il-bniedem m'għadux superstizzjuż daqskemm kien dari. Għall-inqas għalissa għadna ma rajniex nies jiÄ¡ru mherwlin mat-toroq iħabbru tmiem id-dinja u l-wasla tal-Ä¡udizzju Universali. Jekk tidwil l-imħuħ irnexxielu jeħlisna minn dehriet bħal dawn, lanqas ma rridu nkunu aħna li noħolqu xi twerwir li mbagħad jixtered bħan-nar mal-pajjiż kollu. Min-naħa l-oħra lanqas ma nistgħu noqogħdu b'idejna fuq żaqqna u ma nsemmux Ä‹ertu twegħir li jidher riesaq fuq ix-xefaq u jhedded l-ethos Malti. Wieħed irid ikun qed jgħix fis-sħab biex ma jintebaħx bis-sinjali taż-żminijiet u jibqa' ma jagħrafx fihom twiddiba għal dawk li qegħdin jaħmu minn taħt ħwejjeÄ¡ li jafu jagħmlu ħsara kbira lin-nazzjon żagħżugħa Maltija. 1995-01-01T00:00:00Z L-intellettwali u l-klassi diriÄ¡enti f'Malta Inguanez, Joe /library/oar/handle/123456789/48489 2019-11-10T06:08:12Z 1995-01-01T00:00:00Z Title: L-intellettwali u l-klassi diriÄ¡enti f'Malta Authors: Inguanez, Joe Abstract: Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nitkellem fuq kategorija ta' Ä‹ittadini li jekk irridu nħarsu lejn is-sena elfejn ma nistgħux ninjorawha. Qed nirreferi għall-intelletwali u l-"klassi" diriÄ¡enti ta' pajjiżna. Kategorija li fl-opinjoni tiegħi qabdet triq li lili tinkwetani kemm bħala saÄ‹erdot kif ukoll bħala għalliem fl-Universit. Qed nara tiżviluppa f'pajjiżna trend lejn il-ħajja li dehret ukoll fi Spanja wara l-waqgħa ta' Franco. L-Ispanjoli kienu bdew isejħulha pasotismo, li kienet tfisser Ä‹ertu tip ta' kwalunkwiżmu Ä¡ej mid-disenchantment taż-żgħażagħ lejn l-impenn soÄ‹jali in Ä¡enerali u lejn il-politika in partikulari. Inħoss li fostna qed jissaħħaħ dak it-tip ta' dak l-atteġġjament li Banfield isejjaħlu l-familjaliżmu amorali li hu komuni ħafna fil-kultura ta' Sqallija. 1995-01-01T00:00:00Z