OAR@½ñÈÕºÚÁÏ Community:/library/oar/handle/123456789/109522026-08-01T05:42:03Z2026-08-01T05:42:03ZMin kien jistampa l-programmi tal-festa? Ftit informazzjoni fuq l-istampar u xi stamperiji Maltin fis-seklu 20/library/oar/handle/123456789/1477122026-06-25T11:14:29Z2026-01-01T00:00:00ZTitle: Min kien jistampa l-programmi tal-festa? Ftit informazzjoni fuq l-istampar u xi stamperiji Maltin fis-seklu 20
Abstract: Jekk inti familjari mal-Programmi tal-Festa jew inkella xi fuljett lokali, żgur li ltqajt mal-isem tal-istamperija li stampatu. Ħafna mid-drabi dan
l-isem kien jinsab propjament fl-aħħar paġna tal-fuljett jew inkella saħansitra kienu jinkludu wkoll reklam tagħhom fil-fuljett stess. Maż-żmien tibda wkoll tabbina stampaturi ma' lokalitajiet jew festi partikolari. Apparti l-materjal kulturali li fihom il-kotba tal-festa, l-istampatur jagħti ħjiel għall-industrija mifruxa mal-gżejjer Maltin. F'dan l-artiklu nagħti ħarsa ħafifa lejn l-istorja tal-istampar u xi stampaturi Maltin fis-seklu għoxrin, speċjalment dawk li kellhom x'jaqsmu mal-istampar tal-Programmi tal-Festa.2026-01-01T00:00:00ZIl-biblijoteka nazzjonali tal-Belt Valletta/library/oar/handle/123456789/1426162026-02-27T10:02:17Z2012-01-22T00:00:00ZTitle: Il-biblijoteka nazzjonali tal-Belt Valletta
Abstract: F'dan l-artiklu l-awtur jagħti storja dettaljata fuq il-biblijoteka nazzjonali ta' Malta kif ukoll il-bosta nies li użaw is-servizzi tagħha matul is-snin.2012-01-22T00:00:00ZKollezzjoni ta' kotba/library/oar/handle/123456789/1416962025-11-27T14:39:55Z2000-08-06T00:00:00ZTitle: Kollezzjoni ta' kotba
Abstract: Il-Mużew tal-Birgu fih kollezzjoni varjata ta’ kotba antiki u rari, li ħafna minnhom kienu ta' personalitajiet Maltin importanti. Fosthom hemm kotba tal-grammatika tas-seklu tmintax, kotba reliġjużi, manuskritti fuq il-parċmina, u xogħlijiet li kienu proprjet ta’ Dun Mikiel Xerri u Don Gaetano Mannarino. Il-kollezzjoni tinkludi wkoll edizzjonijiet antiki, kotba mogħtija minn Gran Mastri, u pubblikazzjonijiet dwar il-ġeografija u r-riti lokali.
Description: From the private collection of Mr. Salvino Camilleri.2000-08-06T00:00:00ZIl-kotba/library/oar/handle/123456789/1374092025-07-18T08:54:08Z2000-01-29T00:00:00ZTitle: Il-kotba
Abstract: Minn dejjem kont inħobb il-kotba u sa minn ċkuniti l-kotba kienu l-aqwa ħbieb tiegħi. Jekk il-kotba huma l-aqwa ħbieb mela l-qari huwa l-ikbar pjaċir ta' ħajti b'rispett lejn, Omar Khayyam li kien ħuwa li qal li l-aqwa pjaċir ta' ħajtu huwa l-qari ta' ktieb tal-poeżija taħt fergħa ta' siġra.2000-01-29T00:00:00Z